Air Malta Health Promotion Department
Liquid Studios Web Design & Development Hilton
Agenda Bookshop Krystal Water

Chantelle
Issa li ħrigt mill-anoressia żgur li qatt ma rrid nerġa’ mmur lura għal dak iż-żmien. Niftakar li kull ma kien jimporta għalija kien li nkun irqiqa, li meta nħares fil-mera nara l-għadam ħiereġ. Kull minuta kont naħseb fl-ikel, f’kemm qed nikkonsma kaloriji, u kif nista’ nnaqqas dejjem aktar, anke jekk kont naf li qed nilgħab mal-mewt. Kont sirt skajva ta’ din il-marda...insejt x’igifieri noħroġ ma’ sħabi u nieħu gost, x’iġifieri jkolli daħka fuq wiċċi u nkun ferħana. Illum inħossni kburija li rnexxili ngħeleb din il-marda u ma ħallejtix teħodni taħt it-trab. B’sodisfazzjon kbir qed jirnexxieli nħares fil-mera u nkun komda b’ġismi. Il-ħajja saret tfisser iktar minn sempliciment x’ikel se niekol. Qed nerġa’ ninteressa ruħi fl-iskola, nintegra ma’sħabi, u nieħu gost niddeverti. Fl-aħħar qed nerġa’ nħossni kuntenta...qed nerġa’ NGĦIX!


Malcolm
Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq. Malli ntbaht b’dan, ridt nbiddel l-apparenza tieghi b’mod drastiku. B’hekk, bhal ma jaghmlu n-nies meta jridu jonqsu xi ftit mill-piz, bdejt noqghod attent x’niekol u naghmel iktar ezercizzju. Ghall-bidu dan ghamiltu kif suppost, izda f’xi hin tlift kull kontroll. Kuljum kont niekol dejjem inqas, sakemm fl-ahhar kont qed niekol tuffieha u xi ‘crackers’ u nixrob l-ilma biss. Hafna nies ghandhom l-idea zballjata li l-eating disorders bhall-anorexia huma mard li jaffettwaw in-nisa biss. Jien ukoll hekk kont nahseb, u ghal din ir-raguni sibtha itqal biex nirrealizza x’kont qed naghmel lil gismi u kif kont qed inwegga’ n-nies ta’ madwari.


Emma
Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin wara, insibha difficli nahseb kif kienet hajjti bl-anorexia. Inhares lejn ritratti tieghi ta’ dak iz-zmien u bil-kemm nista’ nemmen li dik it-tifla marida u dghajfa hi jien! Li neghleb din il-problema kienet l-itqal haga li qatt kelli naghmel izda ma jiddispjacinix li ghaddejt minn din l-esperjenza ghaliex tghallimt hafna fuqi nnifsi f’dan il-perjodu u ffaccjajt il-problemi li qabel kienu qeghdin igieghluni ndur ghall-anorexia. Hfirt lili nnifsi, u bil-mod il-mod rabbejt iktar kunfidenza fija nnifsi. Tghallimt inhobb lili nnifsi u nhalli lill-ohrajn ihobbuni wkoll.


Chantelle Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...