Persuni li ghandhom il-bulimja jzommu ghalihom bhala sigriet kbir l-ikel esagerat u l-mod kif jehilsu minnu, biex l-ohrajn ma jindunawx bl-eating disorder taghhom. Uhud mis-sinjali tal-bulimja tant huma sottili li jrid ikun professjonista mediku biex jinduna bihom. B’mod sorprendenti, li tkun irqiqa hafna mhix karatteristika tal-bulimja, anki jekk nies bil-bulimja jibzghu li huma hoxnin wisq. Individwi bil-bulimja huma ta’ spiss ta’ piz normali jew piz zejjed.
Is-sinjali u s-sintomi tal-bulimja jinkludu:
- Segretezza dwar l-ikel u l-hin wara l-ikel, biex il-persuna tista’ tiekol b’mod esagerat u biex imbaghad tnehhieh. Zjajjar spiss fil-kamra tal-banju wara l-ikel, sinjali u/jew rieha ta’ vumtar, uzu ta’ porog. Zjajjar fil-kcina wara li kulhadd imur jorqod biex tiekol b’mod esagerat. Li mal-lejl tohrog timxi jew tmur iddur bil-karozza. Xewqa eccessiva ghal privatezza kbira fil-kamra tas-sodda jew tal-banju.
- Imgieba rregolari u stramba ta’ l-ikel, billi tevita li tiekol ma’ ohrajn, bidliet mhux previdibbli x’joghgbok u x’ma joghgbokx ghall-ikel; li ma tiekolx fil-hin tal-ikel, li tixrob hafna ilma jew luminati (biex tivvomta bla problemi), li tqatta l-ikel f’bicciet zghar; li tiehu porzjonijiet zghar hafna meta tiekol mal-ohrajn; li ddum hafna tomghod l-ikel, li toqghod tissepara tipi differenti ta’ ikel fil-platt u tghaqqad flimkien b’mod stramb ikel differenti.
- Tiekol ammonti kbar ta’ ikel bla ma tidher li zidt fil-piz. Ammonti kbar ta’ ikel jisparixxi jew hafna qratas u kontenituri ta’ ikel fil-landa taz-zibel.
- Sistema rigida u eccessiva ta’ ezercizzju. Huwa difficli tiddistingwi bejn atleta serju u atleta bil-bulimja. It-tnejn li huma jistghu jaghmlu tahrig eccessiv jew ma jieklux bizzejjed biex igibu l-kaloriji li juzaw.
- Skedi jew ritwali kumplessi ta’ stili ta’ ghixien biex issib il-hin ghall-ikel esagerat u t-tnehhija tieghu. Spiss tiehu xi mustardina jew chewing gum biex tghatti r-rieha tal-vomtu, tiftah il-vit fil-kamra tal-banju biex tahbi l-hoss tal-vumtar jew li dejjem tmur fil-kamra tal-banju wara l-ikel.
- Immagni fqira tal-gisem; fissazzjoni dwar il-piz, telfien tal-piz, taghmel dieti u kontroll dwar l-ikel. Tilbes hwejjeg kbar biex tghatti l-gisem. Ikollok dehra mghawga ta’ gismek u tevita li thares fil-mera.
- Il-gogi ta’ subghajk u n-naha ta’ wara ta’ idejk jitilfu l-kulur u jrabbu l-kallu. Li toqghod iddahhal subghajk fi grizmejk biex tivvomta jista’ jaghmel hsara fil-pali ta’ idejk.
- Problemi tas-snien u l-halq billi s-snien jitilfu l-kulur jew il-kalcjum u l-hanek isir sensittiv, jintefah u johrog id-demm minnu. Dan jigi kkagunat min-nuqqas ta’ vitamini u mill-acdu li jitla’ mill-istonku mal-vomtu.
- Ugigh ta’ stonku u l-imsaren irregulari b’konstipazzjoni jew dijarreja.
- Menstruwazzjoni irregulari jew tieqaf.










Chantelle
Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm
Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma
Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...