Air Malta Health Promotion Department
Liquid Studios Web Design & Development Hilton
Agenda Bookshop Krystal Water

Min huwa f’riskju ta’ eating disorder?

L-istatistika madwar id-dinja turi li 9 minn kull 10 persuni b’eating disorder ikunu nisa. Hemm ukoll tendenza li jolqtu l-aktar il-persuni fil-fazi ta’ l-adoloxxenza (bejn il-11 u it-23 sena). Izda dan ma jfissirx li l-irgiel jew persuni izghar jew ikbar, m’humiex f’riskju.

Min jista’ jikkonferma persuna ghandiex eating disorder?

Psikjatra, psikologu jew tabib biss jistghu jikkonfermaw persuna ghandiex eating disorder. Dan ghaliex dijanjosi tinvolvi bosta aspetti u tehtieg li wiehed ikun imharreg f’xi wahda minn dawn il-professjonijiet. Gieli professjonisti varji jikkonsultaw lil xulxin u jahdmu f’team sabhiex il-persuna tinghata s-sapport kollu mehtieg.

Chantelle Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...