10 punti ghall-genituri: (prevention parents)
- Ikkunsidra sewwa il-hsibijiet, l-attidudnijiet u l-imgieba tieghek dwar gismek stess u kif dak li temmen int huwa ffurmat mill-forzi li jiggolorfikaw certi dehret dwar il-piz u l-gisem tan-nisa. Eduka lill-uliedek dwar a) il-bazi genetika tal-forom u daqsijiet different ital-gisem uman u b) in-natura u l-kruha tal-pregudizzju. Aghmel sforz biex ikollok attitudni u imgieba posittivi u f’sikkithom. It-tfal jitghallmu minn dak li tghid u taghmel!
- Ezamina sewwa l-aspirazzjoni tieghek ghal uliedek u l-persuni li thobb. Qed tenfazizza wisq is-sbuhija u l-forma tal-gisem uman, l-izjed tal-bniet? Evita li tghaddi attitudni li tghid : “Inhobbok izjed jekk titlef mill-piz, tiekolx daqshekk, ara li tidher izjed bhal dawk il-mudelli tar-reklami, ara li tkun tista’ tilbes hwejjeg ta’ daqs izghar ecc” Iddeciedi x’ghandek taghmel u x’ma ghandekx tkompli taghmel biex tnaqqas l-inkejja, il-kritika, is-sens ta’ htija li tifa’ fuq haddiehor, il-mod kif tistkanta meta thares lejn certi persuni ecc. Li jirrinforzaw l-idea li ikbar u ehxen huwa “hazin” u izghar u irqaq huwa “tajjeb”.
- Itghallem inti stess u ddiskuti ma’ wliedek a) il-periklu meta tipprova tbiddel il-forma ta’ gismek b’xi dieta b) kemm hu tajjeb ghas-sahha l-ezercizzju moderat u c) l-importanza li tiekol varjeta` ta’ ikel bilancjat li tiehdu mill-inqas tliet darbiet kuljum. Evita li twahhal tikketti u timbri ta’ tajjeb/hazin, ‘safe’ jew perikoluz fuq l-ikel. Kull ikel jista’ jittiekel b’moderazzjoni. Aghti ezempju tajjeb billi tiekol bis-sens, taghmel ezercizzji tajbin u kapaci taccetta lilek innifsek.
- impenja ruhek li ma tevitax attivitajiet (bhall-ghawm, li toqghod tixxemmex jew iz-zfin ecc) sempliciment biex ma tigbidx l-attenzjoni ghall-figura u l-piz ta’ gismek. Irrifjuta li tilbes hwejjeg li huma skomdi jew li ma tiehux gost tilbes sempliciment ghax jahbu l-piz u l-figura ta’ gismek.
- impenja ruhek li taghmel l-ezercizzji ghax tiehu gost thoss il-gismeki jiccaqlaq u jsir izjed b’sahhtu u mhux biex tnehhi l-hxuna minn gismek jew biex tnaqqas il-kaloriji jew biex ikollok forma perfetta ta’ gismek.
- idra li tqis il-persuna ghall-affarijiet serji li jghidu, li jhossu u li jaghmlu u mhux dwar kemm irqaq u x’figura sabiha ghandhom.
- Ghin lit-tfal japprezzaw u jirrezistu l-mod kif it-televizjoni, il-magazines u l-mezzi l-ohra tax-xandir jghawgu d-diversita` vera tat-tipi differenti tal-figura umana u li jissugerixxu li gisem irqieq ifisser sahha, eccitament popolarita` jew perfezzjoni.
- eduka lis-subien u l-bniet dwar il-forom diversi ta’ pregudizzji inkluzi dawk dwar piz u ghinhom jifhmu r-responsabbiltajiet taghhom biex ma jahllux dawn il-pregudizzji jinbtu u jikbru go fihom.
- heggeg lit-tfasl biex ikunu attivi u biex jiehdu gost dak li gisimhom jaghmel u jhoss. Tnaqqasx l-ammont ta’ kaloriji li jiehdu jekk ma jkunx hemm tabib li jaghtik parir taghmel dan minhabba xi problema medika.
- aghmel dak kollu li tista’ biex tippromwovi l-istima u r-rispett tat-tfal kollha tieghek fl-isforzi intellettwali, atletici u socjali. Aghti lis-subien u l-bniet l-istess opportunitajiet u inkoraggiment. Oqghod attent li ma taghtix l-impressjoni li l-bniet huma inqas importanti mis-subien per ezempju billi lis-subien ma taghtihomx xoghol fid-dar jew li jiehdu hsieb huthom izghar minnhom. Sens shih ta’ identita` u stima soda lejk innifsek huma l-ahjar antidoti ghal dieti u eating disorders.










Chantelle
Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm
Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma
Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun bsahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba snin...