X’se naghmel jekk nahseb li xi hadd li naf ghandu/ha ‘eating disorder’?
- Toqghodx iddawwar persuna b’’eating disorder’ b’atmosfera ta’ biza’ u misteru. Iffoka fuq ir-realta` li ‘eating disorder’ tirrizulta:
- f’inefficjenza fit-twettiq ta’ dimirijiet u ghanijiet akkademici, familjari u ta’ xoghol
- f’mizerja fil-forma ta’ ossessjoni dwar ikel u piz, ansjeta` dwar kontroll, sens ta’ htija, telfien ta’ tama u apatija u bil-burdati jinbidlu malajr minn estrem ghall-iehor.
- Gheluq tal-persuna fiha nniofisha u titbieghed minn dawk ta’ madwarha u timtela’ b’ansjeta`, bi sfiducja fl-ohrajn u b’segretezza fl-imgieba.
- F’disturb intern u dwar l-ohrajn ghax titlef il-kontroll fuq id-dieta, id-dehra tal-gisem, l-ikel, l-emozzjonijiet u d-decizjonijiet.
- Toqghodx taghmel l-affarijiet semplici zzejjed billi tahseb jew tghid li “Hu/hi kulma qed j/taghmel hu biex j/tigbed l-attenzjoni” “Din hija xi dieta ohra” “Dawn affarijiet bla sens – kulma ghandek taghmel hu li taccetta lilek innifsek kif int.”
- Tahsebix li l-bulimia nervosa, ghax hafna drabi assocjata ma; “piz normali” hija inqas serja mill-anorexia nervosa.
- Toqghodx tiggudika billi per ezempju tghid lill-persuna li dak li qed taghmel hija ‘marda” jew “stupidagni” jew ‘Qed teqred lilha nnifisha”.
- Taghtix pariri dwar kif ghandha titlef il-piz, l-ezercizzju jew id-dehra. Ghin lill-persuna tikseb parir professjonali.
- Tikkonfrontax lill-persuna bhala parti minn grupp ta’ nies li lkoll kemm huma qed jisparaw akkuzi lejn il-persuna f’salt.
- Toqghodx taghmel analizi tal-persuna: iffoka fuq il-mod kif l-imgieba qed teffettwa l-hajja u s-sahha tal-persuna.
- Issirx it-terapista, is-salvatur jew il-vittma tal-persuna. Twieghedx li “zzomm dan kollu sigriet jigri x’jigri”.
- Tidholx f’argument jew f’battalja biex tipprova tghaddi tieghjek. Jekk il-persuna qed tichad li ghandha problema, b’mod semplici u kalm:
- irrepeti dak li osservajt i.e dak li rajt b’ghajnejk stess dwar il-problema.
- Irrepeti t-thassib tieghek dwar is-sahha tal-persuna.
- Irrepeti l-konvinzjoni tieghek li c-cirkustanzi ghandhom jigu evalwati minn terapista jew counsellor.
- Tem mil-konversazzjoni jekk mhi qed twassal imkien jew jekk inti jew il-persuna l-ohra tibda tinkweta u tithawwad hafna. Din is-sitwazzjoni turi li l-persuna li qed tfittex l-ghajnuna ghandha bzonn ghajnuna professjonali.
- Hu l-azzjoni mehtiega biex inti tkun tista’ twettaq dimirijietek jew biex tipprotegi lilek innifsek.
- Jekk huwa possibbli, halli l-bieb miftuh ghal izjed mumenti fejn titkellem mal-persuna.
Tibqax ma taghmel xejn f’kaz ta’ emergenza: jekk il-persuna qed tivvomta diversi drabi matul il-gurnata, jew qed tiolmenta b’ugigh kbir f’sidirha jew hija suwicidali, ikseb ghajnuna professjonali immedjatament.










Chantelle
Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm
Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma
Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun bsahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba snin...