- Jekk inti mhasseb dwar l-imgieba jew l-attitudni tal-habiba tieghek b’eating disorder, huwa mportanti li tesprimi t-thassib tieghek b’mod ta’ imhabba u ghax tixtieq taghti l-appogg tieghek. Huwa wkoll mehtieg li tiddiskuti t-thassib tieghek minn kmieni u mhux toqghod tistenna sakemm il-habiba tieghek tibda tbati l-effetti fizici u emottivi tal-eating disorder li jaghmlu hsara lis-sahha. F’sitwazzjoni rilassanti u kalma, tkellem mal-habiba tieghek b’mod kalm u li juri li jimpurtak dwar l-affarijiet specifici li rajt jew hassejt u li giegheluk tinkwieta.
- Sib hin apposta biex titkellem mal-habiba tieghek. Ara kif tiltaqghu b’mod privat u dinjituz mal-habiba tieghek biex titkellmu u tiddiskutu b’mod miftuh u onest dak li jinkwetak. Ara li ssibu post fejn xejn ma jtellef mil-laqgha taghkom.
- Ikkomunika t-hassib tieghek. Aqsam it-tifkiriet ta’ mumenti specifici fejn inkwetajt dwar l-imgieba tal-habiba tieghek dwar l-ikel u l-ezercizzju. Spjega li inti tahseb li dawn l-affarijiet jistghu juru li jista’ jkun hemm problema li ghandha bzonn tinghata attenzjoni professjonali.
- Itlob lill-habiba tieghek biex tesplora dan it-thassib ma’ counsellor, tabib, psikologu, nutrizzjonista jew xi persuna ohra professjonali li taf u tifhem dwar eating disorders. Jekk thossok li tista’ taghmel dan, offri lill-habiba li tghinha taghmel appuntament jew takkumpanjaha fl-ewwel zjara taghha.
- Mal-habiba tieghek evita kunflitti jew sitwazzjonijiet li jizviluppaw f’battalji ta’ min se tghaddi. Jekk il-habiba tieghek tibqa’ tirrifjuta li hemm problema jew raguni l-ghala inti tithasseb, erga’ fisser dak li thoss u r-ragunijiet tieghek l-ghala tithasseb u zomm lilek innifsek miftuh u lest meta habibtek ikollha bzonn xi hadd li jisma’ b’imhabba.
- Evita akkuzi ta’ htija jew li ggieghel lill-persuna tisthi dwar dak li taghmel u tahseb. Evita sentenzi ta’ akkuzi li jibdew b’”int” bhal “int ghandek bzonn biss li tiekol” jew “Inti qed tkun irresponsabbli”. Minflok uza sentenzji li jibdew b’”Jien” bhal “Jien inkwetat dwarek ghax qed tirrifjuta li tiekol.” Jew “Veru nibza’ meta nisimghek tivvomta”.
- Taghtix soluzzjonijiet semplici bhal per ezempju: “Kieku tieqaf milli qed taghmel, kieku kollox jitranga.”
- Esprimi l-appogg kontinwu tieghek. Fakkar lill-habiba tieghek li inti jimpurtak minnha u tixtieq lill-habiba tieghek kuntenta u b’sahhitha.
- Wara li titkellem mal-habiba tieghek, jekk ghandek xorta inkwetat dwar sahhitha, sib persuna li tafdaha jew persuna medika li titkellem maghha. Dan huwa aktarx moment difficli ghalikom it-tnejn. Tkun ta’ ghajnuna ghalik, kif ukoll tal-habiba tieghek, li tiddiskutu dak li jinkwetakom u tfittxu l-ghajnuna u l-appogg minn persuna professjonali.










Chantelle
Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm
Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma
Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun bsahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba snin...