Air Malta Health Promotion Department
Liquid Studios Web Design & Development Hilton
Agenda Bookshop Krystal Water

Ghajnuna lill-genituri: kif tinkoragixxi hajja bilancjata!

Nutriment tajjeb u dieta bilancjata tghin lit-tfal tieghek jikbru f’sahhithom. Kemm jekk it-tfal huma zghar jew saru adoloxxenti tista’; tiehu diversi passi biex ittejjeb in-nutriment taghhom u ddahlilhom drawwiet tajbin tal-ikel. Hames mill-ahjar strategiji huma dawn:

  1. Kulu flimkien bhala familja.
  2. Servi varjeta` ta’ ikliet tajbin ghas-sahha.
  3. Aghti ezempju tajjeb billi inti stess ssegwi dieta bilancjata.
  4. Evita battalji dwar l-ikel.
  5. Dahhal lit-tfal fil-process.

 

Imma mhux facli tiehu dawn il-passi meta kulhadd qed jipprova jlahhaq mal-hajja mimlija impenji u giri u tant issib ikel imsajjar diga’ lest biex tieklu. Hawnhekk hawn ftit suggerimenti kif tinkorpora l-hames strategiji fil-hajja ta’ kuljum tieghek.

  1. Ikliet tal-familja

 

Ikliet tal-familja huma ritwal li jwennes kemm lill-genituri kif ukoll lit-tfal. It-tfal jiehu gost b’ikliet f’hin regulari u l-genituri jkollhom cans jibqghu qrib lit-tfal taghhom. L-ikliet tal-familja jaghtuk cans tintroduci lit-tfal ghal ikel gdid u tkun taf liema joghgobhom u liema ma joghgobhomx.

  L-adoloxxenti jistghu jiddejqu li jkollhom jieklu mal-familja – dan m’ghandux ikun ta’ sorpriza ghax qed jippruvaw jistabilixxu l-indipendenza taghhom. Izda studji juru li l-adoloxxenti xorta jridu pariri minghand il-genituri u allura juzaw hin l-ikel biex jaghmlu kuntatt mal-genituri. Ipprova wkoll dawn l-istrategiji
- halli lill-adoloxxenti jistieden lil xi habib/a ghall-ikel.
- dahhal lit-tifel/tifla fl-ippjanar u l-preparament tal-ikel.
Halli l-ikliet kalmi u f’atmosfera ta’ hbiberija – m’hemmx priedki jew argumenti.

  Kif tkun ikla tal-familja? Kull hin li inti u l-familja tieklu flimkien. Ipprova ara li jkun hemm ikel nutrittiv u hin li fih jista’ jkun hemm kulhadd. Dan jista’ jfisser li tiekol izjed tard biex it-tifel/tifla j/tilhaq j/tilhaq tigi mit-tahrig sportive. Dan ifisser ukolll li ssib hin fi tmiem il-gimgha meta l-familja kollha tiltaqa’ flimkien ghall-ikla tal-Hadd.

  1. Tara li jkollok ikel tajjeb id-dar

 

  It-tfal, l-izjed iz-zghar, jieklu xi jsibu d-dar. Ghalhekk huwa importanti li d-dar ikollok ikel tajjeb xi ttiehom jew x’jiehdu meta jkollhom il-guh. Segwi dawn il-linji:

  1. Dahhal il-frott u l-haxix fl-ikel ta’ kuljum u mmira ghal hames tipi differenti.
  2. Aghmilha facli ghat-tfal jiejklu tajjeb ghax isibu frott u haxix id-dar u lesti biex jiekluh. Ipprepara ftit frott imqatta’ u tihulhom f’kaxxa apposta ghall-break tal-iskola. Ikel iehor li tajjeb isibu x’jiehdu jinkludu yoghurt, cerjali u galletti whole-grain, frott imqadded u gewz u lewz.
  3. Aghtihom laham mhux ahmar u protejini ohra tajbin bhal fazola u lewz.
  4. Aghtihom hobz u cerjali whole-grain halli t-tfasl ikollhom izjed fibre.
  5. Illimitalhom kemm jiehdu xahmijiet billi tevita ikel moqli f’hafna zejt u billi tuza metodi tajbin ta’ tisjir bhax-xiwi, toghlija, fil-forn u steaming.
  6. Illimita ‘fast food’ u ikel iehor mhux nutrittiv bhac-chips u l-helu. Izda tipprojbix dan l-ikel id-dar, halli lit-tfal jiekluh darba fil u b’moderazzjoni biex ma jhassuhomx imcahhdin.
  7. Illimita xorb biz-zokkor bhal-luminata u xorb bit-toghma tal-frott. Aghtihom l-ilma u l-halib minflok.
  8. Toqghodx tittimbra ikel bhala ‘tajjeb’ jew ‘hazin’: heggeg lit-tfal jiehdu ikel varjat, isegwu xi jrid gisimhom u jiehdu gost jieklu.

Ghal izjed taghrif dwar nutriment segwi l-mistoqsijiet t-twegibiet dwar nutriment u ikel tajjeb ghas-sahha.

Inkoraggixxi attivita` fizika:

Programm regulari ta’ mixi jinkludi dawn il-beneficcji:

  • Inaqqas ix-xaham fil-gisem. It-tnaqqis tax-xaham huwa tajjeb mhux biss ghax tidher ahjar izda ghax hafna xaham huwa marbut mal-kancer, mard tal-qalb, dijabete u deterjorament tal-ghadam u l-gogi.
  • Inaqqas il-kolestorol fid-demm. Flimkien ma’ dieta bi ftit xaham, ezercizzju fiziku regulari inaqqas ir-riskju ta’ mard tal-qalb ghax ibaxxi l-livell ta’ kolestorol.
  • Inaqqas il-pressjoni fid-demm.
  • Izid il-metabolizmu ghax mixi regulari jghin lill-gisem, jahraq izjed malajr il-kaloriji.
  • Izomm id-densita` tal-ghadam.
  • Izid il-flessibilita` u jissoda l-muskoli.
  • Izid is-sahha fil-muskoli.
  • Irazzan l-istress. Ezercizzju fiziku vigoruz jipproduci endorfini, kimici bhall-morfina li jghinuna nhossuna izjed ferhanin.
  • Itejjeb il-hila taghna li nsolvu l-problemi ghax li tiehu pass lura minn problema jista’ jkun mod l-izjed effettiv biex issolvieha.
  • Itejjeb l-istima taghna nfusna. Billi jghinek tidher u thossok ahjar, l-ezercizzju jista’ jghinek thossok ahjar dwarek innifsek.
Chantelle Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...