Immagina xi hadd li taf hafna jizviluppa Eating Disorder. Immagina li tinduna biss meta tkun saret hsara konsiderevoli. Immagina taqra li l-anorexia nervosa hija l-marda psikjatrika bl-oghla rata ta’ mwiet u li jekk ma tihux hsiebha, wiehed minn kull hamsa jmutu b’din il-kundizzjoni. Immagina jghidulek li hemm ftit wisq professjonisti mharga f’dan il-qasam, u li dawk li huma, m’ghandhomx il-hin u r-rizorsi biex jittrattaw l-ghaziz(a) tieghek b’success. Immagina jghidulek li f’Malta ma tezistix statistika dwar l-Eating Disorders, bhal li kieku n-numri huma zghar wisq biex taghti kashom, imbaghad psikjatra jghidlek li hu, wahdu, jara’ madwar hames kazijiet godda kull gimgha.
M’intix timmagina.
L-anorexia u l-bulimia huma mardiet li jikbru fis-silenzju u fil-mohbi. Meta ninjorawhom, inkunu qedin insahhuhom.
Ahna nahsbu li hemm bzonn nghollu lehinna.
Inti x’tahseb?










Chantelle
Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm
Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma
Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...