|
Assessjar tal-problema
L-ewwel u l-iktar pass importanti meta tkun qed tipprepara biex tinghata trattament ghal eating disorder huwa li tigi assessjat b’mod komplet halli l-eating disorder u xi problemi mentali u fizici assoccjati mieghu jistghu jigu identifikati. L-assessjar ghandu jsir minn professjonista medika li taf dwar l-eating disorders (ez. Tabib, psikoloju jew psikjatra). Hafna drabi l-professjonista mediku li jipprovdi l-assessjar tal-bidu jkun jista’ jaghmel dijanjosi tal-eating disorder. Assessjar komplet ikun jinkludi evalwazzjoni medika biex jigu eskludi xi kaguni fizici ohrajn ghas-sintomi, biex jigi assessjat l-impatt li l-marda halliet fuq il-gisem u biex jigi ddeterminat jekk hemmx bzonn ta’ intervenzjoni mediku b’mod immedjat.
Hafna drabi problemi fizici jkunu assoccjati ma’ eating disorders. Dawn ikunu jirrekjedu l-attenzjoni ta’ psikjatra, tabib tal-familja, pedjatra ecc. L-iktar konsegwenzi fizici komuni li huma assoccjati mal-eating disorders jinkludu ‘ostjoporosi’, problemi tal-qalb, zbilanc fl-‘electrolytes’, problemi fil-kliewi, anormalitajiet fil-mohh, problemi gastrointestinali bhal konstipazzjoni, dijarrea, rifluss, nawsja u hruq ta’ l-istonku. Nies li jkollhom eating disorders hafna drabi jkollhom mard mentali iehor assocjati maghhom. Dawn jinkludu l-anzjeta`, id-dipressjoni, trawmas, dipendenza fuq il-medicinali, fobji socjali u dizordni ossessiva kompulsiva. Il-professjonista mediku jkun jista’ jaghraf dawn il-problemi psikjatrici wkoll.
|