Grajjiet li jikkagunaw id-disorders
Hemm fatti differenti li jistghu jikkagunaw l-‘eating disorders’: minn inkejja li tista’ tidher innocenti ghal xi trawma qawwija bhal stupru jew incest.
Dawn il-grajjiet isehhu l-izjed fi zmien ta’ transizzjoni, xokk jew telfa meta tizdied il-pressjoni fuq persuni li diga’ jhossuhom li m’ghandhomx il-hila beix jilhqu l-aspettattivi dwarhom. Grajjiet bhal dawn jistghu jinkludu l-mument li t-tifla ssir mara, il-bidu ta’ skola gdida, impjieg gdid, mewt, divorzju, zwieg, problemi fil-familja, it-tmiem ta’ relazzjoni importanti. Kummenti kritici minn xi hadd importanti u d-dhul f’dinja kaotika, kompetittiva.
Tkun trid tiehu kontroll tas-sitwazzjoni u tirranga l-affarijiet, izda ma tkunx tassew taf kif, u taht l-influwenza ta’ kultura li ghaliha s-success u l-ferh ifisser li tkun irqiqa, il-persuna ddur biex tbiddel gisimha flok ma tindirizza l-problemi li qed tiffaccja.
Forsi l-fatt l-izjed komuni li jikkaguna ‘eating disorder’ huwa meta taghmel id-dieta. Anki jekk dan jinstema’ semplici, hafna kazi ta’ ‘eating disorders’ jibdew bid-dieta u sforzi ghat-tnaqqis tal-piz. Dan jigri l-izjed meta l-persuna tiddeciedi li taghmel id-dieta bla ghajnuna professjonali ta’ min jifhem, issegwi dieta li taghti r-rizultat l-izjed malajr u li haddiehor ghamel. Dawn id-dieti jistghu jkunu bbazati fuq informazzjoni zbaljata li tqarraq bil-persuna dwar ghazliet ta’ ikel tajjeb ghas-sahha. Il-persuna tinqabad f’cirku vizzjuz ta’ hsibijiet u fissazzjonijiet. Tispicca li anki jekk tiekol cracker tahseb li kilt b’mod esagerat. Tibda thossok skomdu u anki mimli z-zejjed.










Chantelle
Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm
Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma
Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...