Air Malta Health Promotion Department
Liquid Studios Web Design & Development Hilton
Agenda Bookshop Krystal Water

Persuni li ghandhom ‘eating disorders’ aktarx ikunu perfezzjonisti u jista’ jkollhom aspettattivi mhux realistici dwarhom infushom u ohrajn. Minkejja s-successi taghhom ihossuhom li ma rnexxewx u jikkoncentraw fuq id-difetti u l-imperfezzjonijiet taghhom. Ukoll aktarx jaraw id-dinja bajda jew sewda bla griz. Jew kollox tajjeb jew kollox hazin, success jew falliment, ohxon jew irqiq.

Persuni b’’eating disorder’ jistghu wkoll ikunu qed jithabtu biex jistabilixxu sens ta’ identita`. Jistghu allura jiddedefinixxu lilhom infushom billi jibnu dehra taghhom infushom biex tigi approvata u ammirata minn dawk ta’ madwarhom. Anki jekk iridu jidhru b’sahhithom, minn gewwa jistghu jhossuhom dghajfa u bla sahha. ‘Eating disorder’ jista’ jkun ukoll espressjoni ta’ emozzjonijiet qawwija bhar-rabja li l-persuna ma tissograx tesprimi direttament u ma tkunx taf tesprimi b’modi tajbin. Allura jistghu jdawru r-rabja kontra taghhom infushom billi ma jieklux jew jieklu z-zejjed jew inehhu l-ikel wara li jieklu..

Ghal dawk bl-anorexia, per ezempju, li jsiru rqaq u jibqghu rqaq hija midalja ta’ success li jilbsu bi kburija. Anki jekk fl-ezamijiet ikunu gabu rizultati eccellenti l-iskola jew ikunu kisbu success fil-karriera taghhom, li jirqaqu jista’ tkun l-uniku success li jqisu ta’ mn jaghti kasu. Mhumiex ferhanin u fil-fatt jista’ jkun li jhossuhom imdejqin hafna, izda jibqghu jhaddnu dan is-success ghax jaghti tifsira specjali lill-ezistenza taghhom.

Chantelle Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...