Hija nteressanti d-differenza kif il-media tipprezenta d-dehra ta’ nisa u rgiel ferhanin u li rnexxew. In-nisa, nehhi ftit eccezzjonijiet, huma zghazagh u rqaq. Hu meqjus desiderabbli li tkun irqiqa. L-irgiel huma zghazagh jew ikbar, izda l-eroj u l-irgiel tajbin huma b’sahhithom u qawwija f’kull qasam importanti: fizikament, fid-dinja tan-negozju u socjalment. Hafna jemmnu li din id-differenza fl-isterjotipi li tipprezenta l-media tispjega l-ghala madwar 90 fil-mija tal-persuni b’’eating disorder’ huma nisa u 10 fil-mija biss huma rgiel. Madankollu, numru konsiderevoli ta’ rgiel huma wkoll maqbuda fil-morsa terribbli ta’ fissazzjoni fil-piz u kif jidher gisimhom – ghalhekk mhux sorprendenti li ghadd ta’ rgiel ukoll jizviluppaw ‘eating disorders’.
F’dawn l-ahhar snin sar politikament korrett ghall-media li jaghmlu sforz biex jikkumbattu l-‘eating disorders’. Rajna artikli fir-rivisti u programmi tat-TV dwar il-periklu u l-qsim tal-qalb ikkagunati mill-anorexia u l-bulimia, imma dawn l-isforzi jidhru dghajfa u ineffettivi meta huma pprezentati fil-kuntest tas-soltu. Per ezempju, kif tista’ temmen li magazine tal-moda tassew huwa motivat li jikkumbatti l-anorexia meta mbaghad l-artikli taghhom dwar is-suggett huma mdawrin b’reklami mimlija mudelli li kollha jidhru li ghandhom l-anorexia?










Chantelle
Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm
Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma
Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...