Air Malta Health Promotion Department
Liquid Studios Web Design & Development Hilton
Agenda Bookshop Krystal Water

Xi persuni b’’eating’ disorders jghidu li jhossuhom fgati minn familji li jipproteguhom wisq. Ohrajn ihossuhom abbandunati, li ma jifhimhom hadd u wahedhom. Genituri li jaghtu kaz iz-zejjed tad-dehra fizika jistghu bla ma jafu jghinu biex inisslu ‘eating disorder’. Anki dawk li jghaddu kummenti kritici dwar gisem uliedhom.

Jekk il-genituri jkollhom aspettitivi gholjin hafna ghal uliedhom, uliedhom jistghu jitghallmu jzommu mohbija go fihom dubbji, bezghat, ansjetajiet u imperfezzjonijiet. Minflok jippruvaw isolvu l-problemi taghhom billi jimmanipulaw il-piz u l-ikel taghhom, jippruvaw jiksbu d-dehra ta’ success anki jekk ma jhossuhomx li rnexxew.

Hemm provi qawwija li ‘eating disorders’ jistghu jizviluppaw f’adoloxxenti meta minn eta zghira jkunu esposti ghall-istress (per ezempju f’kazi ta’ abbuz, li jhossuhom abbandunati u ttraskurati mill-genituri jew it-telfa jew il-mewt ta’ genitur).

Ricerka ohra turi li ulied ommijiet bi storja ta’ ‘eating disorders’ huma riskju f’oghla li jizviluppaw ‘eating disorders’ huma stess. It-tfal jitghallmu attitudnijiet lejn l-ikel u gisimhom permezz ta’ dak li josservaw. Ghalhekk genituri li jaghmlu dieta jew huma inkwetati kif jidher gisimhom jistghu jkunu qed iservu ta’ mudell hazin ghat-tfal fil-familja.

‘Eating disorders’ jistghu jigu wkoll mit-trobbija tat-tfal zghar u jinkludu hinijiet irregolaru u strambi tal-ikel, l-uzu tal-ikel bhala premju jew kastig jew ghal skop mhux nutrittiv u kliem li juri hafna thassib dwar il-piz tat-tfal.

Chantelle Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...