Fatturi genetici jistghu jkollhom sehem importanti fir-riskju ta’ zvilupp ta’ ‘eating disorder’.
Meta persuna tibda timmanipula d-drawwiet tal-ikel taghha, p.ez. billi ma tiekolx, billi tiekol hafna jew billi tnehhi l-ikel malli tieklu, dawn it-tipi ta’ imgieba minnhom infushom jistghu ibiddlu l-kimika tal-mohh u jtawlu d-disorder. Per ezempju min ma jiekolx bizzejjed jew jiekol izzejjed jattiva l-kimici f’mohhu li jgibu sentiment ta’ paci jew eccitament u b’hekk iwarrbu burdati ta’ ansjeta` jew dipressjoni. Ikel mhux tajjeb ghas-sahha jew sistemi ta’ dieta ukoll jistghu jaghmlu hsara f’dawk il-partijiet tal-mohh li jintuzaw biex isiru ghazliet tajbin ghas-sahha. Dan huwa perikoluz l-izjed jekk persuna tizviluppa ‘eating disorder’ meta tkun teenager meta l-mohh u l-gisem ghadhom jizviluppaw.









Chantelle
Issa li hrigt mill-anoressia zgur li qatt ma rrid nerga’ mmur lura ghal dak iz-zmien. Niftakar li kull ma kien jimporta ghalija kien li nkun irqiqa, li meta nhares fil-mera nara l-ghadam...
Malcolm
Il-bicca l-kbira tat-tfal jew ikunu hoxnin, jew irqaq. Jien kont ohxon. Din ma tantx rajtha problema sakemm bdejt nirrealizza li kienet iktar accettabbli li wiehed ikun irqiq...
Emma
Bdejt nohrog mill-anorexia meta kelli sittax-il sena. Kien process gradwali u difficli, izda malli hassejt li ridt nirkupra bis-shih u nkun b’sahti u kuntenta, kull pass bdejt inhossu ehfef. Illum, erba’ snin...